Is-servizzi tas-sigurta fl-Iżvezja akkużaw lir-Russja talli qed tuża ‘sa terz’ mill-membri tal-istaff diplomatiku tagħha (residenti fl-Iżvezja) biex tikseb l-informazzjoni sigrieta għall-ispejjeż tal-istess pajjiż Skandinav.
L-analista ewlieni tas-servizzi SAPO, Wilhelm Unge, għadda kummenti mhux tas-soltu rigward id-dinja tal-ispjunaġġ fejn qal li ‘l-aġenti (spjuni) Russi għandhom livell ta’ edukazzjoni għoli u ġieli huma iżgħar, fl-eta, mill-aġenti li kienu jservu l-interessi ta’ Moska fi żmien l-Unjoni Sovjetika’.
Unge fisser lill-ispjuni żgħażagħ bħala ‘nies motivati u li kapaċi jitħalltu tajjeb fis-soċjeta’. L-ispjuni għandhom anki ‘sens qawwi ta’ konċentrazzjoni’ li jgħinhom waqt missjoni, bl-Uffiċjal Żvediż iwissi li ‘l-mijiet tal-elementi sigrieti Russi jinsabu fl-Ewropa u l-Punent fejn qed jabbużaw, kuljum, it-territorji tal-pajjiżi speċifiċi.’
L-Uffiċjal ta’ SAPO semma lir-Russja bħala ‘l-akbar theddida għall-Iżvezja mill-aspett ta’ servizzi sigrieti’; bl-Iran u ċ-Ċina wkoll jitqiesu bħala ‘theddid kbira iżda fuq livell anqas’. Unge, fl-istess ħin, qal li s-SAPO, is-sena l-oħra, kienet waqqfet diversi attentati tar-Russja biex tikseb it-teknoloġija Żvediża għall-iskopijiet militari.
//= $special ?>

