Miljuni ta’ persuni fl-Ewropa u fil-Mediterran gawdew dik li qed titqies bħala l-aħjar eklissi f’diversi snin.
Fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa, għal xi ħin diversi pajjiżi spiċċaw fid-dlam hekk kif il-qamar għatta kważi għal kollox lix-xemx.
Fl-iktar naħa ta’ fuq tal-Ewropa, l-eklissi bdiet għall-ħabta tad-8.40am u laħqet il-qofol tagħha ftit qabel l-10.15am.
L-esperti baqgħu jappellaw lill-pubbliku biex ma jħarsux direttament lejn ix-xemx mingħajr xi tip ta’ protezzjoni għax jistgħu jagħmlu ħsara lil għajnejhom.
Fir-Renju Unit, l-eklissi setgħet titgawda sa 83% waqt li f’Malta, il-perċentwali ta’ kemm ix-xemx titgħatta mill-qamar kienet ferm inqas peress li l-pajjiż jinsab iktar fin-nofsinhar tal-Ewropa.
Ibgħatilna r-ritratti jew filmati li għandek tal-maltemp fuq editor@maltarightnow.com
Ritratt : Jose Van Veen – Malta Weather facebook page
Ritratt : Lawrence Micallef – – Malta Weather facebook page
Ritratt: Gus Swindlehurst – Malta Weather facebook page
Ritratt : Roberto Runza
Ritratt : Nicole Borg – meħud b’solar filter minn Wied il-Għajn
//= $special ?>