Nhar il-Ħadd li ġej, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo se jkun il-mistieden waqt il-programm Replay fl-9:40pm fuq Net Television. Darmanin Demajo se jkun qed jitkellem dwar il-ħidma tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f’Malta u ma jistax jonqos li ma jitkellimx dwar temi attwali li f’dawn l-aħħar xhur iddominaw il-programmi televiżivi tal-futbol lokali fosthom ir-riforma fil-players status u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-match fixing.
Bi presentazzjoni ta’ Christian Micallef u Sarah Agius, preżenti fl-istess programm se jkun hemm il-mistiedna residenti Konrad Sultana u l-Avukat Matthew Paris. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm Replay u aħbarijiet mill-kamp tal-futbol lokali żur il-paġna ta’ Replay fuq Facebook www.facebook.com/ReplayNetTelevision .
//= $special ?>

