Il-President Amerikan, Barack Obama, qed jappoġġja moviment li jrid li d-dritt tal-vot ikun eżerċitat b’mod obbligatorju fl-Istati Uniti. Obama qal li l-votazzjoni obbligatorja tista’ ssolvi (almenu għal qasir żmien) is-sitwazzjonijiet fejn qed jintefqu l-ammonti eċċessivi tal-flus fuq l-elezzjonijiet fit-territorji Amerikani.
‘L-Istati Uniti tkun tista’ tara l-bidliet kbar fi ħdanha li kieku jivvutaw l-Amerikani kollha,’ qal Obama waqt li indirizza grupp ta’ residenti fi Cleveland, fl-Istat ta’ Ohio. Hu kompla li sitwazzjoni bħal din għandha ‘tbiddel kompletament il-mappa politika ta’pajjiżu’.
Obama qal li l-Amerikani ‘disposti li ma jivvutawx’, kemm il-darba jkollhom eta relattivament żgħira minbarra li ġejjin mil-livelli tas-soċjeta bid-dħul baxx. F’diversi każi jeżistu wkoll ‘il-konnessjonijiet’ bejn l-Amerikani li ma jivvutawx u l-gruppi tal-immigranti u oħrajn f’minoranza.
Sadanittant, l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Eric Holder, appoġġja fil-miftuħ is-sistema għar-reġistrazzjoni awtomatika tal-votanti li kienet adottata, jumejn ilu, minn Oregon, bħala l-ewwel Stat Amerikan li qed jimplimenta l-miżura bis-sħiħ.
//= $special ?>