Futbol Sport

Real u Atletico f’ripetizzjoni tal-finali tal-2014

Magħrufa l-partiti tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League

Wara li eliminaw lil Villarreal, il-holders tal-Europa League Sevilla se jilagħbu kontra Zenit St Petersburg li minn naħa tagħhom eliminaw lil Torino. L-Ispanjoli se jkunu qed jippruvaw jiddefendu t-titlu għat-tieni darba f’dawn l-aħħar 10 snin. Huma kienu rebħu l-kompetizzjoni fl-2006 u fl-2007. Meta Sevilla kienu rebħu t-titlu għall-ewwel darba fl-2005 kienu eliminaw proprju lil Zenit mill-fażi tal-aħħar tmienja u b’hekk jittamaw li l-avversarji jġibulhom il-fortuna.

Wolfsburg se jilagħbu kontra tim Taljan ieħor, Napoli, wara li fir-rawnd preċedenti eliminaw lil Inter. In-Naplitani jilagħbu l-ewwel leg fil-Ġermanja kontra tim li qed ikollu staġun mill-aqwa u li qiegħed fit-tieni post tal-Bundesliga.

Il-Ġermaniżi sabuha faċli biex eliminaw lil Inter filwaqt li Napoli, biex waslu s’hawn, eliminaw lil Dynamo Moscow. Il-kowċ ta’ Napoli Rafa Benitez se jkun qed jipprova jirbaħ ir-raba’ titlu Ewropew fil-karriera tiegħu.

Fiorentina jmisshom jilagħbu kontra Dynamo Kiev, it-tim li elimina lil Everton. It-tim ta’ Montella jittama li kontra Dynamo Kiev, juri l-istess logħob li wera kontra Roma fil-fażi tal-aħħar 16. Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jara li Fiorentina dejjem rebħu kull meta lagħbu kontra Dynamo Kiev.

Logħba bilanċjata għanda tkun dik bejn Dnipro u Club Brugge. Fir-rawnd ta’ qabel, Dnipro eliminaw lil Ajax filwaqt li Brugge għelbu lil Besiktas.

L-ewwel legs tal-kwarti tal-finali jintlagħbu fis-16 ta’ April filwaqt li t-tieni legs isiru fis-23 ta’ April.

Ta min jinnota li Zenit ma setgħux jiġu kontra Dynamo Kiev u kontra Dnipro minħabba li timijiet Russi u Ukreni ma jistgħux jilagħbu kontra xulxin minħabba t-tensjoni li hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Poloz:
Sevilla v Zenit SP
Dnipro v Club Brugge
D. Kiev v Fiorentina
Wolfsburg v Napoli

Il-holders Sevilla kontra Zenit

Wara li eliminaw lil Villarreal, il-holders tal-Europa League Sevilla se jilagħbu kontra Zenit St Petersburg li minn naħa tagħhom eliminaw lil Torino. L-Ispanjoli se jkunu qed jippruvaw jiddefendu t-titlu għat-tieni darba f’dawn l-aħħar 10 snin. Huma kienu rebħu l-kompetizzjoni fl-2006 u fl-2007. Meta Sevilla kienu rebħu t-titlu għall-ewwel darba fl-2005 kienu eliminaw proprju lil Zenit mill-fażi tal-aħħar tmienja u b’hekk jittamaw li l-avversarji jġibulhom il-fortuna.

Wolfsburg se jilagħbu kontra tim Taljan ieħor, Napoli, wara li fir-rawnd preċedenti eliminaw lil Inter. In-Naplitani jilagħbu l-ewwel leg fil-Ġermanja kontra tim li qed ikollu staġun mill-aqwa u li qiegħed fit-tieni post tal-Bundesliga. Il-Ġermaniżi sabuha faċli biex eliminaw lil Inter filwaqt li Napoli, biex waslu s’hawn, eliminaw lil Dynamo Moscow. Il-kowċ ta’ Napoli Rafa Benitez se jkun qed jipprova jirbaħ ir-raba’ titlu Ewropew fil-karriera tiegħu.