Kien mument ta’ ferħ u fl-istess ħin ta’ ringrazzjament lejn Alla hekk kif f’Villa Marija Annunzjata f’Ħal Balzan kienet iċċelebrata quddiesa ta’ ringrazzjament li timmarka għeluq snin Suor Lydia, l-ixjeħ persuna f’Malta li għalqet 106 snin, kif ukoll għeluq snin Suor Annunzjata, li għalqet 102.
Iż-żewġ anzjani, it-tnejn li huma Sorijiet tal-Karita’, joqgħodu f’Villa Marija Annunzjata f’Ħal Balzan għall-wens ta’ aktar minn 20 soru oħra tal-karita’ li jgħixu fl-istess residenza.
Fl-aħħar jiem, dan il-ġurnal kellu l-opportunita’ li jitkellem ma’ Suor Lydia, li hi l-ixjeħ persuna f’Malta. Hi twieldet fir-Rabat Għawdex u meta tkellimna magħha, fissret l-imħabba speċjali li għandha lejn San Ġorġ.
Agħfas hawn biex tara l-intervista ma Suor Lydia.
//= $special ?>