Hemm possibbilta li kważi wieħed minn kull għaxar naħal indiġeni tal-Ewropa jispiċċaw kompletament miċ-ċirkolazzjoni.
Il-European Red List, imfassal mill-International Union for Conservation of Nature, jitqies bħala l-aktar evalwazzjoni komprensiva mill-esperti f’dan il-qasam – bl-istudju jsib li mad-9.2 fil-mija ta’ kważi 2,000 speċi tan-naħal jistgħu jgħibu minn fostna.
Sadanittant, it-theddida tista’ tmiss lil ‘ħamsa fil-mija oħra tan-naħal’ fil-futur qarib.
Dan meta l-akbar theddid għan-naħal ġej minn ‘telf ta’ abitat’ b’kaġun tal-proġetti tal-biedja intensivi, kif ukoll mill-użu tal-pestiċidji, l-iżvilupp urban u l-bidliet konsistenti fil-klima.
//= $special ?>