Internazzjonali

Battalja qalila għall-kontroll ta’ Tripoli

Abdel Razek Al-Nazouri, il-kap tal-Armata Libjana taħt il-kmand tal-Gvern ta’ Tobruk, is-Sibt qal li min ħin għall-ieħor il-kapitali Tripli kienet se taqa’ lura taħt il-kontroll tal-Gvern fl-eżilju.

Hu qal li t-truppi kienu fil-periferiji tal-kapitali Libjana maqbuda fi ġlied qalil mal-forzi taħt il-kmand tat-tmexxija ta’ Tripoli imma kienu qed javvanżaw lejn iċ-ċentru tal-belt. Dan fost rapporti ta’ attakki mill-ajru fuq l-ajruport ta’ Tripoli.

L-azzjoni rabjat ħafna lil Bernardino Leon, ir-rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti għal Libja, li qed imexxi taħditiet ta’ paċi bejn iż-żewġ naħat.