Dak li qal l-Prim Ministru Joseph Muscat li l-Unjoni Ewropea kienet qablet dwar il-ħtieġa ta’ azzjoni konkreta dwar is-sitwazzjoni fil-Libja huwa assolutament mhux minnu. Hekk saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil permezz ta’ Twitter.
Joseph Muscat kien għamel il-kumment tiegħu fi Brussel fejn attenda l-laqgħa tal-kapijiet ta’ gvern tal-Unjoni Ewropea. Fil-kitba tiegħu fuq Twitter Simon Busuttil saħansitra tefa’ link għall-konklużjonijiet tas-summit ta’ l-Unjoni Ewropea li juri bl-aktar mod ċar kif dak li qal l-Prim Ministru Joseph Muscat mhuwiex minnu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-Ħamis kien qal li s-summit tal-Unjoni Ewropea kien ser ikun test għal Joseph Muscat sabiex jipperswadi lill-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni konkreta dwar il-Libja.
Id-dokument li għalih għamel referenza Simon Busuttil jinstab hawn: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11-2015-INIT/en/pdf
//= $special ?>