Fi tmiem is-summit tal-Unjoni Ewropea, Frederica Mogherini, ir-rappreżentant tal-Unjoni Ewropea, għall-politika barranija, insistit li kien hemm qbil li għalissa ma jkun hemm ebda intervent tal-UE fil-Libja sakemm ma jkunx hemm qbil dwar Gvern ta’ għaqda nazzjonali fil-Libja.
Gvern li dwaru jrid jintlaħaq qbil fin-negozjati li qed jitmexxew min-Nazzjonijiet Uniti fil-Marokk.
Imma dawn it-taħditiet jinsabu mhedda hekk kif is-Sibt kien hemm rapporti ta’ bumbardamenti fuq Tripli minn ajruplani taħt il-kmand tal-Gvern fl-eżilju f’Tobruk.
Kliem biss dwar il-Libja mhux biżżejjed – Matteo Renzi
B’rabta ma’ dak li qed jiġri fil-Libja, Matteo Renzi, il-Prim Ministru Taljan, qal li filwaqt li jemmen li hemm bżonn soluzzjoni politika għall-kriżi fil-Libja, qal li wieħed jitkellem biss dwar il-Libja ma kienx biżżejjed.
Tħabbar ukoll li fid-17 ta’ April Renzi sejjer l-Istati Uniti għal diskussjonijiet mal-President Barack Obama propju dwar il-Libja.
//= $special ?>