L-għejbien, fil-Jemen, ta’ armamenti, vetturi u tagħmir għal kontra t-terroriżmu qanqal mhux ftit tat-tħassib, bl-esperti jikkalkulaw li l-materjal nieqes kollu hu ekwivalenti għal aktar minn $500 miljuni.
L-armamenti u t-tagħmir militari kienu ngħataw lill-Jemen mill-Istati Uniti bl-iskop li l-awtoritajiet f’dan il-pajjiż fqir Għarbi jikkontrollaw it-theddida konsistenti tal-gruppi terroristiċi f’artu.
Madankollu, hemm l-inkwiet li t-tagħmir militari inkwistjoni – li jinkludi 160 vettura Humvee, minbarra numru ta’ helicopters, drones, ajruplan speċjali għal missjonijiet tas-sorveljanza u erba’ patrol-boats – seta’ spiċċa f’idejn il-milizzji appoġġjati mill-Iran inkella għand is-sostenituri tal-moviment Al-Qaida.
Intant, setgħu għebu wkoll il-kunsinni tal-azzarini tat-tip M-4 u l-pistoli ‘Glock’ (tan-9 mm) – flimkien ma’ kwantitajiet ta’ munizzjon u tagħmir li jinkludi l-goggles għal ‘night vision’.
L-armi u l-materjal inkwistjoni ilhom neqsin mill-2007 u l-Pentagon ta’ Washington, issa, issospenda pakketti oħra ta’ għajnuna militari li kellhom jintbagħtu lejn il-Jemen’.
//= $special ?>