Waqt żjara f’Napli s-Sibt, il-Papa kellu kliem ta’ kundanna għall-korruzzjoni kif ukoll għall-kriminalita organizata. Hu ħeġġeġ lill-membri tal-mafia ta’ Napli, il-Camorra, biex iwarrbu l-ħajja kriminali u jaqbdu t-triq it-tajba. Hu kellu kliem ta’ kuraġġ għall-poplu ta’ Napli u biex ikunu determinati speċjalment kontra dawk li qed jirrovina s-soċjeta bit-traffikar tad-droga u reati oħra.
Hu mar ukoll fil-ħabs ta’ Poggioreale fejn kiel mal-ħabsin.
Il-Papa f’Napli..kundanna għall-korruzzjoni u kliem ta’ kuraġġ għan-Naplitani
