Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Luqa.
Skond l-ewwel rapporti li għandu MaltaRightNow.com jidher li persuna daħlet fl-għassa u bdiet tagħmel ħsara fl-għassa b’mod aggressiv.
Fi ftit ħin inġabru bosta karozzi tal-pulizija madwar l-għassa.
Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu lil MaltaRightNow.com li aktarx ir-raġel kellu problema ta’ aggressjoni u li fil-fatt qiegħed jingħata attenzjoni minħabba din l-aggressjoni.
Id-dettalji dwar dan il-każ għadhom qed jaslu.
//= $special ?>