Internazzjonali

Inċident vjolenti fl-ajruport ta’ New Orleans

Inċident li qajjem bosta mistoqsijiet fl-ajruport ta’ New Orleans fl-Istati Uniti hekk kif Richard White, sewwieq tat-taxi, ta’ 63 sena, mingħajr ebda motiv ċar attakka punt tas-sigurta b’sikkina. Fl-attakk tiegħu White kkawża ġrieħi fuq żewġ ħaddiema ta’ l-ajruport qabel il-pulizija ma’ kienu kostretti jisparaw tlett darbiet lejn White.

White ittieħed l-isptar għal feriti li sofra f’wiċċu, sidru u siequ.

Punt interessanti huwa li jidher li White m’għandu ebda storja ta’ reati kriminali jew passat ta’ inkwiet.