Konferma fuq oħra li t-tmexxija Laburista ta’ San Pawl il-Baħar falliet fit-tmexxija tal-lokal.
Dak li kellu jkun kunsill immexxi b’mod ideali minn tmexxija Laburista, issa spiċċa kkritikat mill-istess Sindku Laburista li fuq Facebook iddikjara li bl-aħħar tliet snin ta’ tmexxija Laburista f’San il-Pawl il-Baħar, is-sitwazzjoni tat-toroq marret il-baħar.
Is-Sindku Laburista Raymond Tabone kiteb fuq Facebook nhar it-18 ta’ Marzu u tratta s-settur tat-toroq, settur li għal kull komunita għandu importanza kbira.
Is-Sindku Laburista Raymond Tabone qal li bħala sindku ma jistax jifhem kif fi tliet snin ta’ kunsill lokali Laburista f’San Pawl il-Baħar, ma saret l-ebda triq mill-gvern ċentrali.
Dan meta, sostna Raymond Tabone, l-kunsill lokali jinsab mgħerreq u fondi m’għandux.
Fil-kummenti tiegħu is-Sindku Raymond Tabone pparaguna s-sitwazzjoni tal-lokal tiegħu ma’ dik tal-Mosta u esprima diżappunt għal dikjarazzjonijiet tad-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela li qal li fil-Mosta l-Gvern Ċentrali għamel 14-il triq.
Hu nsista li l-Gvern, l-Oppożizzjoni jew Transport Malta għandhom jispjegaw jekk dawn it-toroq fil-fatt ma sarux mill-gvern ċentrali jew mill-kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza tal-PN.
F’aktar kritika dwar is-sitwazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar, is-Sindku Laburista jsemmi diversi toroq fil-lokal u jgħid li r-residenti ta’ dawn iż-żoni ilhom snin bir-residenti iżda skont is-sindku qed jgħixu f’żona ta’ gwerra.
Il-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar baqa’ b’xiber imnieħer, jilmenta s-sindku Laburista.
Il-fatt li anki s-sindku Laburista qata’ qalbu minn tmmexxija Laburista, jirriżulta mill-mod kif hu temm il-kitba tiegħu fuq Facebook…’Ħenn għalina Mulej….ħenn għalina’.
//= $special ?>