Internazzjonali

Jieqfu għal ftit it-taħdidiet ma’ l-Iran

Il-laqgħat b’rabta mal-programm nuklejari tal-Iran li qegħdin isiru f’Laussanne fl-Iżvizzera waqfu għal xi jiem għalkemm il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iran Mohammad Javad Zarif qal li jinstab fiduċjuż li l-ġimgħa d-dieħla jintlaħaq ftehim meta l-laqgħat ser ikomplu.

Minn naħa tiegħu s-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry ser jibda żjara f’Londra fejn ser jkollu diversi laqgħat sabiex differenzi bejn l-Istati Uniti u gvernijiet Ewropej dwar dawn it-taħdidiet ma’ l-Iran jiġu mgħeluba.

Analisti saħqu li filwaqt li fit-taħdidiet ma’ l-Iran kien hemm progress ċar għad hemm numru ta’ punti jaħarqu li dwarhom m’hemm ebda garanzija li jintlaħaq ftehim.