Qorti

Jinżamm taħt arrest wara li ma’ għamilx id-depositu ta’ €500

Raġel ta’ 46 sena residenti l-Munxar dalgħodu tressaq quddiem il-Qorti f’Għawdex quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.

Huwa kien akkużat li saq b’negliġenza, b’mod perikoluż u taħt l-influwenza tax-xorb. Kien akkużat ukoll li hedded tlett membri tal-korp tal-Pulizija.

Ir-raġel qal li huwa ma’ kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti ttih il-liberta’ proviżorja fuq depositu ta’ ħames mitt Ewro u garanzija personali ta’ għaxar t’elef Ewro. Peress li r-raġel naqas milli jagħmel id-depositu ta’ ħames mitt Ewro huwa nżamm taħt arrest preventiv.