Internazzjonali

L-ISIS iwissu …Sirte se tinbidel f’infern

Filmat li nħareġ mill-ISIS wissa li l-ġellieda tal-grupp kienu se jbiddlu lill-belt Libjana ta’ Misrata bħal Mosul (l-akbar belt fl-Iraq f’idejn l-ISIS) u Sirte “infern bħal Fallujah” (ukoll belt oħra fl-Iraq mifni mill-ġlied).
Dan bi tpatija għall-qtil ta’ mexxej tal-ISIS barra Sirte ftit ġranet ilu, it-Tuneżin Ahmed Rouissi. Hu nqatel wara konfront ma’ ġellieda minn Misrata.
L-ISIS ukoll akkuża lit-tmexxija ta’ Tripli li kienet tradixxiet il-grupp. Fil-filmat, raġel li jgħid li jismu Sheikh Abu Mohammed Fornaji jhedded “baħar” ta’ attakki suwiċida fil-Libja bħala tpatija.