L-għaqda tal-istudenti tal-mediċina, l-MMSA, fi stqarrija qalet li hija kienet qegħda tilqa b’mod posittiv l-aħbar tal-bini ta’ skola medika ġdida f’Għawdex. L-MMSA madankollu saħqet li hija kella numru ta’ mistoqsijiet u f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne kienet talbet numru ta’ assigurazzjonijiet. Assigurazzjonijiet li l-MMSA qalet huwa essenzjali li jinżammu.
Fost l-assigurazzjonijiet mitluba mill-MMSA hemm dik li l-iskola medika ġdida tagħmel biss użu minimu mill-faċilitajiet tal-isptar Mater Dei, li l-istaff akademiku ta’ din l-iskola medika ġdida ikun jinkludi għalliema barranin mill-Queen Mary University u li l-iskola medika ġdida tiftaħ f’Settembru 2016 sabiex b’hekk ikun hemm aktar żmien għal bini ta’ l-isptar l-ġdid u l-promozzjoni għal destinazzjoni turistika.
L-MMSA qalet li hija ser tkun qegħda tagħmel monitoraġġ ta’ l-iżviluppi kollha f’dan il-proġett filwaqt li qalet li minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Fearne kien wiegħed li jżomm l-MMSA aġġornata bħala stakeholder importanti.
//= $special ?>