Ekonomija Internazzjonali

Putin irid għaqda monetarja

Il-President Russu Valdimir Putin ippropona l-ħolqien ta’ għaqda monetarja reġjonali bejn ir-Russja, il-Belarus u l-Kazakstan – it-tliet eks-Repubbliċi Sovjetiċi li s’issa ngħaqdu f’unjoni politika u ekonomika li kien ħoloq Putin.
Putin għamel din il-proposta waqt laqgħa mal-mexxejja ta’ dawn il-pajjiżi f’Astana, il-kapitali tal-Kazakstan, meta tkellem dwar l-isfidi għall-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika li nħolqu wara t-telf fil-valur tar-rublu Russu u r-roħs fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali.
Putin ma tax dettalji tal-proposta għall-għaqda monetarja imma qal li kien ikun aktar faċli li wieħed jilqa’ għall-isfidi ekonomiċi jekk ikun hemm kooperazzjoni akbar bejniethom