Ġiet imnedija l-White Paper li se tkun il-bażi sabiex titfassal Liġi li tirregola d-donazzjonijiet tal-organi.
Il-White Paper ġiet imnedija mis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, hekk kif s’issa f’pajjiżna qatt ma kellna qafas legali għal din il-prattika. Il-proċess ta’ konsultazzjoni fuq il-Liġi tad-donazzjonijiet tal-organi se jdum għaddej xahrejn.
Chirs Fearne spjega li l-mira tal-Gvern hi li sal-aħħar tas-sena jkollna liġi ġdida. Iżda qabel hemm bżonn li jinġabru l-ideat kollha mill-esperti u l-pubbliku in ġenerali.
Matul l-2014 saru 20 trapjant tal-kliewi. Sar ukoll trapjant wieħed tal-qalb.
Il-qafas li fassal il-Gvern għad-donazzjonijiet tal-organi se jkun imqassam f’erba’ kategoriji differenti li huma spjegati fil-White Paper.
//= $special ?>