Tfittxija intensiva għall-iskart fl-inħawi tal-kosta ta’ Tasmania, il-gżira Stat Awstraljana, setgħet indikat li l-investigazzjoni dwar ajruplan tal-passiġġieri Malasjan setgħet ikkonċentrat fuq iz-zona żbaljata.
Numru kbir ta’ voluntiera fittxew qalb il-bajjiet u l-ibħra baxxi tul il-kosta lejn il-Lbiċ ta’ Tasmania fejn irkupraw xejn anqas minn 80,000 ‘biċċiet tal-skart’. Numru fost dawn l-oġġetti kienu tmexxew mill-kurrenti tal-Oċean Indjan u setgħu ‘oriġinaw’ fl-inħawi mbiegħda tal-Madagascar u l-Afrika t’Isfel.
Madankollu m’hemm xejn li jindika li ‘elementi tal-iskart’ jistgħu ġejjin mill-ajruplan tal-Malaysia Airlines – jew Titjira MH370 – li għeb, aktar minn sena ilu, waqt vjaġġ minn Kuala Lumpur lejn iċ-Ċina.
Iz-zona uffiċjali fejn saret it-tfittxija għall-ajruplan tinsab xi 1,200 mil lejn il-Lbiċ ta’ Perth (fil-Punent tal-Awstralja), b’din il-parti tal-oċean hi anki ‘mimlija bl-iskart mill-ibnadi differenti u li tmexxew għal hemm mill-kurrenti’.
Is-sejba tal-iskart ‘mill-Magadascar u l-Afrika t’Isfel’ tikkonferma li l-kurrenti tal-oċean qed imexxu l-oġġetti jew ‘debris’ fuq distanzi twal ekwivalenti għall-eluf tal-kilometri — b’dan id-‘debris’ qed jgħaddi qrib is-‘search area’ tal-MH370 u jasal maġenb l-ixtut tal-Awstralja. Hemm anki l-possibbilta li l-kurrenti tal-oċean imexxu l-iskart jerġa’ aktar ‘il hinn u lejn zoni oħrajn tal-Oċean Paċifiku.
F’dawn ix-xhur ħarġu ħafna suġġerimenti li, minkejja l-kalkoli matematiċi kkumplikati, it-tfittxija għal Titjira MH370 u l-239 persuna li għebu mal-ajruplan, setgħet ikkonċentrat, għal ħafna żmien, fuq l-inħawi żbaljati.
//= $special ?>