Fi stqarrija l-għaqda xellugija Żminijietna qalet li tinstab ferm imħassba bid-direzzjoni li l-istrateġija nazzjonali fis-settur tas-saħħa qed tieħu, u saħqet li temmen li l-gvern għandu jaġixxi sabiex jipprevjeni kwalunkwe korporatizzazzjoni tas-saħħa pubblika.
Fid-dawl ta ‘dan, Zminijietna iddikjarat fl-istqarrija li “l-involviment ġdid tas-settur privat fil-kura tas-saħħa se jwassal għal korporatizzazzjoni tas-settur tas-saħħa f’Malta, għad-detriment tal-pubbliku, ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, u l-aċċess universali għas-servizz tas-saħħa Pubblika.L-użu ta ‘mudell ta’ sħubija pubblika-privata jista’ jwassal sabiex is-saħħa pubblika f’Malta ssir industrija ta’ sempliċi profitt u telf, jitnaqqas il-kwalità tas-servizz mogħti u s-sostenibbiltà ġenerali tagħha.”
L-istqarrija tkompli tgħid li “Diversi studji internazzjonali wrew li l-politika li tħares biss lejn is-suq mhux bilfors tirriżulta fi tnaqqis tal-ispiża pubblika, jew titjieb fis-servizzi offrut, u tali politika fir-Renju Unit wasslet għal negliġenza fil-kura u l-bżonnijiet tal-pazjent. Il-bidliet li qed jkunu proposti huma aktar konformi mal-motivazzjonijiet politiċi ta’ interess minoritarju li għandu nfluwenza u strateġija, li hija aktar influwenzata mid-direzzjoni leminija u neo-liberali li qed tieħu l-Unjoni Ewropea, milli bi ħsieb ġenwin għal aħjar interess tal-pazjent, “ikkonkludiet Żminijietna.
//= $special ?>