Lokali

Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Marsaskala

Raġel ta’ 35 sena u mara ta’ 36 sena, it-tnejn residenti minn Raħal Ġdid, spiċċaw kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ f’Marsaskala, fil-viċinanzi taċ-Ċentru tar-Riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.

Ir-raġel jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.

Jidher li għal xi raġuni, il-mutur li kienu fuqu, tat-tip Kawasaki Ninja, kellu impatt ma’ vettura, tat-tip Ford Fiesta, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Incident mutur karozza marsaskala Incident mutur karozza marsaskala