Lokali

Anzjana mhedda u attakkata f’darha stess

Mara ta’ 75 sena sfat fil-mira ta’ ħalliel li daħal fid-dar tagħha, heddida u talabha tagħtieh id-deheb kollu tagħha.

Il-ka seħħ ilbieraħ, meta l-anzjana kienet qegħdha tistrieħ fis-salott tagħha. Kien f’dan il-mument li lemħet raġel mgħammad dieħel fis-salott, wara li, b’xi mod, irnexxielu jiftaħ il-bieb tad-dar.

Hu ipponta sikkina lejn għonq l-anzjana, li malli ndunat b’dak li qed jiġri, bdiet tħabbat bil-bastun mal-art, biex tismagħha bintha, li kienet fil-kantina. Il-ħalliel għalqilha ħalqha bil-pala ta’ jdejh imma malli ra li kienet qed tħabbat bil-bastun, telaq mill-post.

It-tabib li ġie msejjaħ fil-post ikkonferma li l-mara kienet tinsab fi stat qawwi ta’ xokk.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.