Inċident tat-traffiku f’Għajnsielem wassal biex persuna tinsab fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-8pm, fi Triq l-Imġarr, u kien jinvolvi impatt bejn mutur u karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuna l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal kura, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>