Il-bidliet fil-klima jistgħu jħallu ‘impatt kbir’ fuq iċ-Ċina, bil-konsegwenzi negattivi għall-ambjent u l-agarikoltura.
Dan qalu Zheng Guogang, ix-xjenzat Ċiniż ewlieni għall-aspetti meteoroloġiċi, waqt ammissjoni uffiċjali rari min-naħa taċ-Ċina. Guogang qal li l-bidliet fil-klima jistgħu anki jirriżultaw ‘f’theddid serju’ għall-proġetti infrastrutturali kbar taċ-Ċina, fejn iż-żidiet fit-temperaturi diġa huma ogħla mill-medja globali.
Iċ-Ċina – l-aktar pajjiż fid-dinja li jikkaġuna t-tniġġiż tal-ajru mill-attivita industrijali – qalet li s-sena 2030 għandha tkun ‘il-massimu’ għall-emissjoni tal-gassijiet li jikkaġunaw bidliet fil-klima. Madankollu, iċ-Ċina għadha ma ffissatx mira speċifika biex tnaqqas l-emissjoni tal-gassijiet li qed jgħarrqu kontinwament lill-ambjent.
//= $special ?>