Il-qawwiet tal-Gvern Libjan li jgawdi l-għarfien internazzjonali attakkaw l-ajruporti u kamp militari taħt il-kontroll tal-Gvern rivali fi Tripli. Ir-rapporti qalu li fil-ġlied inqatel kmandant ewlieni leali għall-amministrazzjoni ta’ Tripli li hi appoġġjata mill-gruppi Iżlamiċi.
Il-Gvern Libjan rikonoxxut, li għandu s-sede f’Tobruk, insista li din l-offensiva hi intiża biex ‘tillibera Tripli’ li ilha minn Awwissu taħt il-kontroll ta’ moviment bl-isem ‘Żerniq Libjan’.
Intant, Abdullah al-Thinni, il-Prim Ministru tal-Gvern ibbażat f’Tobruk u l-Parlament Libjan elett ilhom mis-sajf kostretti li jiffunzjonaw miz-zoni lejn il-Lvant tal-Libja.
L-aħħar battalji seħħew lejn il-Punent ta’ Tripli bejn il-ġellieda taż-‘Żerniq Libjan’ u l-qawwiet ta’ Zintan li jappoġġjaw lil al-Thinni – bid-dettalji ma jkunux daqstant ċari.
Sadanittant, l-Istati Uniti u l-alleati Ewropej ikkundannaw il-vjolenza bejn in-naħat rivali tal-Libja u ħeġġew għall-waqfien mill-ġlied.
//= $special ?>