Futbol Sport

Ilejla Norman Darmanin Demajo mistieden fuq Replay

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo llejla se jkun il-mistieden ewlieni tal-programm Replay li jixxandar fl-9:40pm fuq Net Television. Fil-presenza ta’ tnejn mill-mistiedna residenti tal-programm, Konrad Sultana u l-Avukat Matthew Paris, Darmanin Demajo se jkun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li se jsiru lilu mill-presentaturi Christian Micallef u Sarah Agius.

Darmanin Demajo mistenni jitkellem dwar l-aħħar kontroversja bejn l-MFA u l-assoċjazzjoni tal-plejers, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-match fixing, ir-riforma li qed tippjana li tikkonkludi l-MFA dwar il-players status, iċ-Ċentru Tekniku, it-tim nazzjonali Malti, il-ħidma tal-uffiċjali l-oħra tal-MFA u ħafna aktar. Apparti dan, il-programm Replay se jkun qed jagħti ħarsa lejn il-partiti kollha li ntlagħbu fil-jiem li għaddew mill-Kampjonat Premier kif ukoll id-diviżjonijiet l-oħra partikolarment il-partita tal-bieraħ mit-tieni diviżjoni bejn Senglea Athletic u Ħamrun Spartans.

Replay jixxandar illejla fl-9:40pm fuq Net Television.