Il-poplu ivvota fl-elezzjonijiet lokali li mistennija jirriżultaw f’disfatta oħra għas-Soċjalisti tal-President Franċiż, Francois Hollande.
Is-Soċjalisti, is-sena l-oħra, kienu sofrew telfiet kbar fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Unjoni Ewropea u l-istħarriġ jindika li din l-elezzjoni għandha tirriserva aktar diżappunti għal Hollande u l-alleati tiegħu.
Sadanittant, il-Front Nazzjonali estremista tal-lemin, taħt it-tmexxija ta’ Marine Le Pen, mistenni jirreġistra r-riżultati tajbin f’din l-elezzjoni. Mistenni li dan il-partit ikompli jżid fis-saħħa filwaqt li jibbenefika mill-għadab tal-elettorat minħabba l-qgħad għoli u l-istaġnar ekonomiku li qegħdin jifnu lill-poplu taħt is-Soċjalisti.
Fil-fatt, mistenni li s-Soċjalisti u l-alleati tagħhom tax-xellug għandhom jitilfu ħafna fost il-61 distretti li jikkontrollaw.
Dan ir-round elettorali se jkun segwit minn round ieħor fi żmien ġimgħa.
//= $special ?>