Lokali

Jisirqulu 300 litru diesel mill-gaffa

Raġel li lbieraħ filgħodu żar sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż Żebbuġ, fejn qiegħed jaħdem, induna li mill-gaffa tiegħu kienu nsterqu ma’ 300 Litru diesel.

Hu rrapporta dan l-inċident fl-għassa tal-lokal, fejn minn stħarriġ preliminari irriżulta li cameras tas-CCTV irnexxielhom jilmħu s-serqa tad-diesel u jikkonfermaw li din seħħet ilbieraħt lura filgħaxija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.