Lokali

Jitlesta l-proġett ta’ tisbiħ tas-Salib tal-Għolja

Investiment ta’ €330,000 minn fondi tal-Unjoni Ewropea wassal biex iż-żona tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi llum għandha pavimentar ġdid.

Il-proġett sar bis-saħħa tal-ħidma tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista.

Fi kliem is-Sindku tal-lokalita’ Karol Aquilina, iż-żona issa hija aktar aċċessibbli, sigurta’ u msebbħa.

Hu tkellem ukoll dwar il-bżonn li l-poplu Malti u Għawdxi jaħdem biex isalva l-wirt storiku importanti li jinsab f’din iz-zona, partikolarment il-Kappella tal-Lunzjata, bi storja ta’ 600 sena, iżda li fl-aħħar snin saritilha ħsara kbira u qegħda f’periklu li tiġġarraf.

Hu awgura lil dawk kollha li jagħmlu użu minn dan il-proġett biex iħarsu lejh bħala pass ieħor biex il-lokalita’ tas-Siġġiewi jkollha l-aqwa u l-aħjar.