Il-President tat-Tuneżija, Beji Caid Essebsi, qal li għadu ħieles it-tielet aggressur li qed jissemma b’konnessjoni mal-attakk terroristiku ta’ jiem ilu fuq il-Mużew ta’ Bardo, f’Tunis.
Meta tkellem waqt intervista, il-President Tuneżin qal b’ċertezza li kien hemm tliet aggressuri involuti fl-attakk, bi tnejn minnhom jispiċċaw maqtula mill-qawwiet tas-sigurta Tuneżini u wara li huma kienu qatlu 25 persuna, fil-parti kbira turisti barranin, fl-inħawi tal-mużew.
L-awtoritajiet Tuneżini arrestaw numru ta’ suspettati b’konnessjoni mad-dmija ta’ nhar l-Erbgħa u l-President Essebsi, issa, ikkonferma li kienu tlieta t-terroristi responsabbli u mhux tnejn.
Dan wara li t-tliet aggressuri kienu identifikati permezz tal-kameras tas-sorveljanza fl-inħawi.
Intant, it-terroristi tal-ISIS qalu li kienu huma li ppjanaw l-attakk fuq il-mużew li jinsab qrib il-Parlament ta’ Tunis.
//= $special ?>