Taljana ta’ 23 sena li attendiet ‘party’ u li qamet l-għada filgħodu b’kondom ħdejha, marret tirrapporta l-Pulizija li ġiet stuprata.
Dan is-sit jinsab infurmat li t-Taljana hi studenta li kienet qed toqgħod Għawdex flimkien ma’ xi studenti oħra u għal dan il-party kienet fil-kumpanija tagħhom flimkien ma’ xi rappreżentanti ta’ grupp li jieħu ħsieb dawn l-istudenti.
Jidher li t-tfajla rrappurtat lill-Pulizija li ma tiftakarx wisq mil-lejl ta’ qabel, ħlief li qattgħet ħafna mill-ħin ma’ raġel li wara li xorbu l-alkoħol spiċċat miegħu ġo kamra.
It-tfajla qed tissuspetta li ġiet stuprata waqt li kienet fis-sakra. Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>