Turist Ġermaniż tilef ħajtu meta spiċċa attakkat minn kelb il-baħar waqt li hu kien qed jgħum ftit ‘il barra minn resort tal-Eġittu, maġenb il-Baħar l-Aħmar.
Dawn it-tipi ta’ attakki fl-ibħra Eġizzjani huma pjuttost rari, bir-rapporti jgħidu li l-kelb il-baħar inkwistjoni spiċċa jċarrat sieq it-turist li kellu 52 sena.
L-inċident, li seħħ ftit ‘il hinn mill-belt ta’ al-Qusair, hu l-ewwel wieħed tipiku f’ħames snin, bl-ispeċi partikolari tal-kelb il-baħar (f’dan il-każ) ma jkunx ikkonfermat.
Fl-2010 kienu rappurtati ‘sensiela ta’ attakki mill-klieb il-baħar’ madwar l-Eġittu, b’każ minnhom ukoll jirriżulta fatali.
//= $special ?>