Futbol Sport

Bayern Munich jitilfu lil Robben

Bayern Munich jinsabu maħsuda bl-aħbar li Arjen Robben mistenni jdum barra għal diversi ġimgħat warali ċarrat muskoli f’żaqqu. Dan qalu d-direttur sportiv Matthias Sammer.

L-attakkant Olandiż weġġa’ fit-telfa 2-0 fil-Bundesliga kontra Borussia Moencengladbach u issa jidhe rli se jitlef il-kwarti tal-finali miċ-Champions League kontra FC Porto fil-15 u l-21 ta’ April.

“L-aħbar hi almenu ħażina daqs kemm kienet ħażina t-telfa tal-lum,” qal iċ-Chairman tal-klabb Karl-Heinz Rumenigge.

Iċ-Champions Ġermaniżi kienu għadhom kif ħadu aħbar tajba meta kellhom lura fl-iskwadra għall-ewwel darba dna l-istaġun lil Thiago Alcantara wara injury twila fl-irkobba. Il-midfielder Spanjol għamel il-logħba kollha fuq il-bank imma jista’ jkun plejers essenzjali għal Bayern wara l-waqfa tal-kampjonat għall-partiti internazzjonali.