TENNIS: In-Numru 1 fid-dinja Novak Djokovic irkupra minn telfa fit-tieni set biex għeleb lil Roger Federer 6-3, 6-7, 6-2 fil-final tal-BNP Paribas Open.
Is-Serb kien iddomina l-ewwel set f’Indian Wells imma l-Iżvizzera rrisponda tajjeb fit-tieni set u minn break minn taħt rebaħ bit-tie-break.
Djokovic li għandu 27 sena deher tilef il-kontroll fit-tielet set b’Federer juri logħob tajjeb u l-folla kontra tiegħu. Imma malajr reġa’ sab il-forma biex rebaħ il-50 titlu fil-karriera u r-raba’ titlu fl-Indian Wells. Ir-rebħa ta’ Djokovic waslet f’sagħtejn u 17-il minuta.
Fil-kategorija tan-nisa ħarġet rebbieħ ir-Rumena Simona Halep li għelbet lil Jelena Jankovic 2-6, 7-5, 6-4. Halep li ma lagħbitx is-semifinali kontra Serena Williams li rtirat imweġġa’, dehret aktar friska. Kien ukoll it-tielet titlu tagħha din is-sena.
//= $special ?>