Lokali Parlament Saħħa

Erba’ pazjenti li kienu għall-kura fil-kurituri ta’ Mater Dei mietu fl-ewwel xahrejn tas-sena

… u mietu wkoll 137 pazjent li ddaħħlu l-Isptar b’chest infection

Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena mietu erba’ pazjenti li kienu qed jiġu kkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei. Jirriżulta wkoll li minn Ottubru li għadda sal-lum, mietu 137 pazjent li ddaħħlu l-Isptar għall-kura b’chest infection.

Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija, Konrad Mizzi, meta llejla wieġeb mistoqsijiet parlamentari tax-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg.

L-informazzjoni għadha qed tinġabar dwar kemm mietu pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura b’uġigħ f’sidirhom u bl-influwenza.