Ambjent Lokali

Filmat: Jiżirgħu patata, ful, karfus u tursin f’spazju pubbliku f’Raħal Ġdid

Persuna qasmet ma’ MaltaRightNow.com dan il-filmat li juri dan l-ispazju pubbliku f’Raħal Ġdid li dan l-aħħar qed jintuża għal skop kemxejn stramb – biex jiżirgħu patata, ful, karfus u anke’ tursin fih!

Mhux magħruf jekk l-awtoritajiet humiex konxji li dan il-ġnien pubbliku qed jintuża għal skop t’agrikoltura.

Dan l-ispazju pubbliku jinsab wara d-dar tal-eks-Ministru Vincent Moran u jinsab bejn Triq Maggie Moran u Triq Ġużeppi Agius.

Forsi użu innovattiv ta’ dan l-ispazju pubbliku? Żgur mhux għall-persuna li bagħtet dan il-filmat u li b’sarkażmu qaltilna, “ħasra li m’għandiex l-ingridjenti kollha għal borma ħaxix!”

Ritratt: L-ispazju pubbliku f’Raħal Ġdid li qed jintuża għal skopijiet t’agrikoltura