Mal-wasla tar-rebbiegħa waslet trabija għall-membru parlamentari Kristy Debono u żewġa l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono.
It-tarbija jisimha Serena Dawn u twieldet is-Sibt fis-sebgħa ta’ filgħodu. MaltRightNow.com żar lill-familja Debono fl-Isptar Mater Dei, fejn hemmhekk sibna lil Kristy u lil Jean Pierre imdawwrin bi qraba tagħhom.
Ara l-filmat t’hawn fuq, fejn tkellimna ma’ Kristy dwar kif qed tħossha issa li saret omm għall-ewwel darba.
//= $special ?>