Minn nhar il-Ħadd, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi għal attivita’ b’differenza organizzata fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Din se tkun ‘play’ ta’ żmien il-Ġimgħa l-Kbira, b’messaġġ qawwi favur il-maħfra u l-inklużjoni.
Dan hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva il-Fondazzjoni RISE se tkun qed tospita lill-pubbliku fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin għal din l-attivita’ imtella’ mill-ħabsin stess bl-isem ‘L-Imħabba Tiegħu Biddlitni’. Din se tkun rappreżentazzjoni teatrali għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa li se tibda mill-Ħadd 29 ta’ Marzu.
//= $special ?>