It-Tlieta mistenni jibda jiffunzjona l-proġett tal-interconnector bejn Malta u Sqallija. Simon Busuttil qal li jinsab infurmat li l-interconnector se jibda jaħdem it-Tlieta waqt li kien qed jitkellem fil-Birgu t-Tnejn filgħaxija, parti mill-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Simon Busuttil qal li l-proġett tal-interconnector hu proġett ieħor ta’ Gvern Nazzjonalista li se jibda jitħaddem taħt Gvern Laburista. B’hekk pajjiżna se jingħaqad mal-bqija tal-Ewropa minn fejn inkunu nistgħu nixtru l-elettriku. Din kienet parti mill-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li kien permezz ta’ dan il proġett li l-Prim Ministru Joseph Muscat, qalb ħafna xinxilli, tefa’ l-powerstation tal-Marsa. Dakinhar il-Prim Ministru kellu jinawgura l-powerstation il-ġdida tal-gass u mhux jitfi dik tal-Marsa.
Simon Busuttil qal li għalkemm illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni, xorta qed jagħmel id-differenza għaliex b’proġetti li ħaseb Gvern Nazzjonalista qed jibdew jitgawdew taħt amministrazzjoni differenti. Din id-differenza, kompla jispjega Simon Busuttil, għandha tibda tissarraf anke’ fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali fejn hemm maġġornaza Nazzjonalista u anke’ fejn m’hemmx.
Simon Busuttil tkellem dwar id-diversi proġetti li beda Gvern Nazzjonalista bħall-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta. Semma wkoll il-bini tal-isptar tal-onkoloġija minflok l-isptar Sir Paul Boffa u l-proġett ta’ Triq il-Kosta li Gvern Nazzjonalista ġab il-fondi biex isir.
Din id-differenza għandha tibda tissarraf anke fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali fejn hemm maġġornaza Nazzjonalista u anke fejn m’hemmx. Simon Busuttil spjega li l-Partit Nazzjonalista jaħdem għal kulħadd u mhux skont il kulur politiku tal-persuna bħal m’għamel Gvern Laburista ma’ Cyrus Engerer.
Matul il-kampanja ghall-elezzjonijiet tal-Kunilli Lokali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żar kull lokalita’ u għamel laqgħat mal-kandidati u man-nies tal-lokalita’.
Preżenti kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, diversi Deputati f’isem il-partit nazzjonalista u l-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali.
//= $special ?>