Lokali

Ġurdien mejjet fuq karozza tal-linja!

X’tagħmel jekk tkun fuq tal-linja u tilmaħ ġurdien mejjet żewġ passi ‘l bogħod minnek?

Mhux magħruf kif dan il-ġurdien spiċċa fuq din il-vettura tal-Malta Public Transport. Li hu magħruf hu li ta qatgħa lil dawk li lemħuh!

Il-persuna li bagħtet dan ir-ritratt qaltilna li rrappurtat lix-xufier li kien hemm ġurdien mejjet fuq il-karozza tal-linja, li min-naħa tiegħu rringrazzja lill-passiġġier tal-informazzjoni.

Il-karozza tal-linja li fuqu kien hemm dan il-ġurdien mejjet kienet bin-numru 15, li tgħaddi minn Tas-Sliema, Tax-Xbiex, l-Imsida, tgħaddi minn ħdejn Bieb il-Bombi u l-Belt Valletta.