Lokali

Gwardjani lokali aggrediti waqt xogħolhom

Żewġ gwardjani lokali spiċċaw aggrediti minn żewġ persuni wara li dawn twaqqfu peress li ma kienux libsin iċ-ċineġ tas-sigurta’.

MaltaRightNow jinsab infurmat li dan l-inċident seħħ ir-Rabat, Għawdex, meta ż-żewġ persuni li kienu fil-vettura ma riedux jagħtu d-dettalji tagħhom lill-gwardjani lokali.

Il-każ żviluppa bil-passiġġiera li bdew jinsulentaw lill-gwardjani lokali waqt il-qadi ta’ dimirijiethom. Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li min-naħa tagħhom qed jinvestigaw.