Lokali

Il-bżonn tal-bilanċ hu l-messaġġ ewlieni meta niddiskutu l-Kaċċa

Il-bżonn tal-bilanċ għandu jkun il-messaġġ ewlieni meta niddiskutu l-Kaċċa. L-abolizzjoni tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa mhijiex soluzzjoni.

Dwar dan tkellmet il-Kelliema tal-kampanja IVA Kathleen Grima, meta lbieraħ indirizzat attività għall-familja kollha fil-Miżieb. L-Avukat Grima qalet li l-Miżieb hu eżempju ċar tal-bilanċ, f’post amministrat mill-kaċċaturi. Dan hu post iffrekwentat minn ħafna familji Maltin u żona ta’ rikreazzjoni aċċessibbli minn kulħadd.

Kathleen Grima qalet li għalkemm il-kaċċatur jieħu ftit minn dak li tipprovdi n-natura, dan żgur jiġi kikumpensat mill-inizjattivi li jieħdu l-kaċċaturi. L-attivita’ IVAFest fil-Miżieb kienet tinkludi wirja ta’ falkunerija, titjir tal-ħamiem u wirja tal-klieb tal-kaċċa.