IN-NAZZJON b’rapport mid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt diskors f’Għawdex. Jgħid li l-PN għandu jkun l-alternattiva għall-politika ta’ Joseph Muscat. In-Nazzjon tkompli ssegwi l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana bil-ġurnal jirraporta li l-investigaturi jqisu d-delitt ta’ nhar il-Ġimgħa bħala diffiċli ħafna u min qatel lil Caruana, qagħad attent li ma jagħmilx żbalji.
L-ORIZZONT b’rapport dwar ix-xogħol tal-Gwardji tal-Kosta Libjani għat-tfixxtxija u s-salvataġġ, li jitkellmu għall-ewwel darba ma’ midja barranija dwar l-esperjenza tal-biża’ tagħhom ta’ kuljum b’xeni minn filmati ta’ salvataġġ ta’ mijiet ta’ immigranti u ruxmata kadavri jmutu.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar kif l-Awtorita’ Libjana tal-Investiment kellha l-ewwel laqgħa għall-2015 għall-Bord tad-Diretturi tagħha. Rapport ieħor li jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-infrastruttura tat-toroq, bir-rapport jistaqsi jekk dawk li huma responsabbli mit-toroq humiex qed jisimgħu lir-residenti.
TIMES OF MALTA b’rapport mid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt attivita’ politika fil-Qala; b’Joseph Muscat jgħid li l-‘bullies’ m’għandhomx ikunu l-kaġun li tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa. Rapport ukoll dwar il-każ ta’ John Dalli fejn jiġi rappurtat li John Dalli qed jakkuża lill-Kap tal-OLAF, Giovanni Kessler bħala manipulatur.
//= $special ?>