Futbol Sport

Infantino jrid aktar pajjiżi Ewropej fit-Tazza tad-Dinja

Is-Segretajru Ġenerali tal-UEFA Gianni Infantino jemmen li hemm ‘ċans kbir’ li l-Ewropa jkollha aktar min 13-il tim fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-futur.

13 minn 32 pajjiż li lagħbu fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-dinja kienu Ewropej u se jkun hemm 14 fl-2018 peress li r-Russja se torganizza l-finali.

Infantino qal li jemmen li għandu jkun hemm preżenza aktar qawwija Ewropeja fit-Tazzi tad-Dinja wara s-suċċessi tal-Italja, Spanja u l-Ġermanja fl-aħħar tliet edizzjonijiet.

“Naħseb li hemm ċans kbir li jkollna aktar minn 13 għaliex jekk tħarsu b’mod oġġettiv, bażat fuq il-fatti, 19 mill-ogħla 32 nazzjon fir-ranking huma Ewropej. L-aħħar tliet rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu Ewropej għalhekk naħseb li hu oġettiv u ġust li nitolbu għal tim ieħor,” qal Infantino.