Futbol Sport

Inter u Celtic immultati

Il-UEFA mmultat lil Inter u Celtic wara li l-partitarji xegħlu logħob tan-nar fit-tieni leg tal-aħħar 32 tal-Europa League.
Il-UEFA fi stqarrija ddikjarat li ż-żewġ klabbs kienu mmultati €5,000 kull wieħed għall-imġieba tal-partitarji.

Celtic kienu mmultati wkoll €8,000 oħra għal ‘imġieba ħażina tat-tim’ wara li Virgil van Dijk tkeċċa għal żewġ karti sofor fl-ewwel taqsima u ħames plejers oħra kienu mwissija.

Dynamo Kiev ukoll kienu mmultati €20,000 wara li l-partitarji tagħhom ħarqu logħob tan-nar fid-draw 0-0 għand Anderlecht fl-istess round tal-aħħar 32.