Il-Pulizija ġiet infurmata li żagħżugħ kellu jittieħed l-isptar wara li nstab mitluf minn sensieh ġo xaft.
Il-każ seħħ is-Sibt waqt ‘party’ fil-kumpless Montekristo, meta ambulanza ħadet liż-żagħażugħ l-isptar. Hu nstab mal-art f’xaft.
Wara ġie magħruf li ż-żagħżugħ ried imur sal-latrina, iżda minflok daħal ġox-xaft fejn poġġa mal-art, raqad u baqa’ hemm, sakemm instab minn persuni oħra u ttieħed l-isptar.
//= $special ?>