Lokali

Filmat: Jipprova jiftaħ tal-inqas żewġ karozzi u jinqabad mill-kameras tas-sigurta’

Fl-Isla, kmieni s-Sibt filgħodu, għal ħabta tas-1:40am, raġel ipprova jiftaħ żewġ karozzi li kienu pparkjati fit-triq.

Filmat li kien pubblikat fuq il-midja soċjali juri raġel ġej bil-miexi u l-ewwel jipprova jiftaħ karozza, kif ma jirnexxielux, waqt li baqa’ miexi, jipprova jiftaħ karozza ohra, jerġa’ ma jirnexxilux u jibqa’ miexi. Mhux magħruf jekk fl-istess lejl sarux rapporti ta’ serq ta’ karozzi jew minn karozzi.

Fl-aħħar jiem fl-Isla kienu rapurtati diversi każi u saħansitra kien hemm żewġ każi ta’ serq minn żewġ knejjes differenti. B’rabta ma’ dan il-filmat, qed ikun mitlub biex kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Pulizija.